这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码
Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A176

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU IV - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI PARTIKOLARI
Artikolu 176

ĠU C 203, 7.6.2016, pp. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_176/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/44


Artikolu 176

1.   L-approprazzjonijiet għal riċerka u investiment soġġetti għal-limiti li jirriżultaw minn programmi jew deċiżjonijiet dwar spiża li, bis-saħħa ta' dan it-Trattat, jeħtieġu l-vot unanimu tal-Kunsill, għandhom jinkludu:

(a)

is-somom kommessi fil-budget biex ikopru oqsma individwali meqjusa bħala entità koerenti;

(b)

l-awtorizzazzjoni ta' pagament li tirrapreżenta s-somma massima pagabbli kull sena biex tkopri mpenji meħduda skond paragrafu (a).

2.   L-iskeda tas-somom kommessi u tal-pagamenti għandu jkun anness ma' l-abbozz ta' estimi korrespondenti proposti mill-Kummissjoni.

3.   L-approprazjonijiet għal riċerka u investiment għandhom ikunu stabbiliti taħt diversi ntestaturi, skond it-tip jew l-għan ta' dik l-ispiża u sotto-diviżi, kemm ikun meħtieġ, skond ir-regolamenti adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

4.   L-awtorizzazzjonijiet ta' pagamenti li ma jsirux għandhom jinġarru għas-sena finanzjarja ta' wara b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċediex mod ieħor.


Top