7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/44 |
Artikolu 176
1. L-approprazzjonijiet għal riċerka u investiment soġġetti għal-limiti li jirriżultaw minn programmi jew deċiżjonijiet dwar spiża li, bis-saħħa ta' dan it-Trattat, jeħtieġu l-vot unanimu tal-Kunsill, għandhom jinkludu:
(a) |
is-somom kommessi fil-budget biex ikopru oqsma individwali meqjusa bħala entità koerenti; |
(b) |
l-awtorizzazzjoni ta' pagament li tirrapreżenta s-somma massima pagabbli kull sena biex tkopri mpenji meħduda skond paragrafu (a). |
2. L-iskeda tas-somom kommessi u tal-pagamenti għandu jkun anness ma' l-abbozz ta' estimi korrespondenti proposti mill-Kummissjoni.
3. L-approprazjonijiet għal riċerka u investiment għandhom ikunu stabbiliti taħt diversi ntestaturi, skond it-tip jew l-għan ta' dik l-ispiża u sotto-diviżi, kemm ikun meħtieġ, skond ir-regolamenti adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.
4. L-awtorizzazzjonijiet ta' pagamenti li ma jsirux għandhom jinġarru għas-sena finanzjarja ta' wara b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċediex mod ieħor.