这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码
Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0062

It-23 Direttiva tal-Kummissjoni 98/62/KE tat-3 ta' Settembru 1998 li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 253, 15.9.1998, pp. 20–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/62/oj

31998L0062



Official Journal L 253 , 15/09/1998 P. 0020 - 0023


It-23 Direttiva tal-Kummissjoni 98/62/KE

tat-3 ta' Settembru 1998

li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/16/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosmetoloġija,

Billi, fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika ġdida, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tossiċità fit-tul, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosmetoloġija jirrakkomanda li l-użu tal-moskene u l-musk tibetene għandu jiġi pprojbit fi prodotti kosmetiċi minħabba li jista' joħloq riskju għas-saħħa tal-konsumaturi;

Billi valutazzjoni tossikoloġika ulterjuri fuq l-istrontium chloride, ibbażata fuq data ġdida mogħtija mill-industrija, turi li l-użu ta' din is-sustanza jista' jiġi estiż, mingħajr kwalunkwe riskju għas-saħħa, għal shampoos u prodotti ta' kura tal-wiċċ sakemm ma tinqabiżx konċentrazzjoni massima;

Billi, fuq il-bażi tad-data xjentifika l-aktar reċenti, jista' jiġi permess l-użu tal-benzalkonium chloride, il-bromide u s-saccharinate bħala preservattivi fi prodotti kosmetiċi soġġetti għall-ħtiġiet tad-Direttiva;

Billi, fuq il-bażi ta' l-aktar riċerka u data xjentifika reċenti, 3-iodo-2-propynyl butylcarbamate (iodopropynyl butylcarbamate) jista' jintuża proviżorjament bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi soġġett għal ċerti kundizzjonijiet dwar il-konċentrazzjonijiet u l-użu;

Billi, fuq il-bażi tad-data xjentifika l-aktar reċenti, il-phenol 2-(2H-benzotriazol-2-yl)-4-methyl-6-(2-methyl-3-(1,3,3,3-tetramethyl-1-(trimethylsilyl)oxy)-disiloxanyl)propyl) jista' jintuża bħala filtru ta' l-UV fi prodotti kosmetiċi soġġett għall-ħtiġiet tad-Direttiva;

Billi, fuq il-bażi tad-data xjentifika l-aktar reċenti, il-benzoic acid,4,4-((6-(((1,1-dimethylethyl)amino)carbonyl)phenyl)amino) 1,3,5-triazine-2,4-diyl)diamino)bis-,bis(2-ethylhexyl)ester jista' jntuża bħala filtru ta' l-UV fi prodotti kosmetiċi;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka u tad-data xjentifika l-aktar reċenti, ethoxylated ethyl-4-aminobenzoate, isopentyl-4-methoxycinnamate, 2,4,6-trianilino-(p-carbo-2'-ethylhexyl-1'oxy)-1,3,5-triazine u 2-Ethylhexyl salicylate jistgħu jintużaw bħala filtri ta' l-UV fi prodotti kosmetiċi soġġetti għal-ħtiġiet tad-Direttiva;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u d-data l-aktar reċenti, 3-(4'-methylbenzylidene)-d-1camphor u 3-benzylidene camphor jistgħu jintużaw bħala filtri ta' l-UV fi prodotti kosmetiċi;

Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta' l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal- Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Direttiva 76/768/KEE qiegħda tiġi hawnhekk emendata kif jidher fl-Anness:

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, mill-1 ta' Lulju 1999, għas-sustanzi elenkati fl-Anness, la l-fabbrikanti u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità m'għandhom jqiegħdu fis-suq prodotti li ma jkunux jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jkun fihom sustanzi elenkati fl-Anness ma jinbiegħux jew b'xi mod ieħor jiġu pprovduti lill-konsumaturi finali wara t-30 ta' Ġunju 2000.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1999. Dawn għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b' din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir- referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, p. 44.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE qed jiġu emendati kif ġej:

1. Fl-Anness II:

In-numri tar-referenza li ġejjin qed jiġu miżjuda:

"421 . 1,1,3,3,5,-Pentamethyl-4,6-dinitroindane (moskene)

422. 5-tert-Butyl-1,2,3-trimethyl-4,6-dinitrobenzene (musk tibetene)".

2. Fl-Anness III:

In-numru tar-referenza 57 qed jiġi emendat kif ġej:

"57 | Strontium chloride hexahydrate | (a)Toothpaste | 3,5 % ikkalkulat bħala strontium. Meta mħallat ma komposti oħra permessi ta' l-istrontium il-kontenut totali ta' l- istrontium m'għandux jaqbeż it-3,5 % | | Fih l-istrontium chloride. L-użu tiegħu ta' spiss mit-tfal m'huwiex rakkomandabbli |

| (b)Shampoo u prodotti tal-kura tal-wiċċ | 2,1 % ikkalkulat bħala strontiumMeta mħallat ma komposti oħra permessi ta' l-istrontium il-kontenut totali ta' l-istrontium m'għandux jaqbeż it-2,1 %" | | |

3. F'L-Anness VI

(a) L-ewwel parti

In-numru tar-referenza li ġej qed jiġi miżjud:

"a | b | ċ | d | e |

54 | Benzalkonium chloride,bromide u saccharinate (+) | 0,1 % maħdum bħala benzalkonium chloride | | Evita kuntatt ma' l-għajnejn" |

(b) It-tieni parti

In-numru tar-referenza 16 qed jitħassar.

"tat- 30.6.1998" qed tinbidel bi "tat- 30.6.1999" għan-numru tar-referenza 21 u 29.

In-numru tar-referenza 29 qed jiġi mmodifikat ukoll:

"a | B | ċ | d | e |

29 | 3-lodo-2-propynyl butylcarbamate (iodopropynyl butylcarbamate) | 0,05 % | Mhux għal prodotti ta' l-iġjene orali u tax-xofftejn" | |

4. Fl-Anness VII:

(a) L-ewwel parti

In-numri tar-referenza li ġejjin qed jiġu miżjuda;

"a | b | ċ | d | e |

13 | Ethoxylated Ethyl-4-Aminobenxoate (PEG-25 PABA) | 10 % | | |

14 | Isopentyl-4-methoxycinnamate(Isoamyl p-Methoxycinnamate) | 10 % | | |

15 | 2,4,6-Trianilino-(p-Carbo-2'-Ethylhexyl-1'Oxy)-1,3,5-Trianzine (Octyl Traizone) | 5 % | | |

16 | Phenol,2-(2H-Benzotriazol-2-yl)-4-Methyl-6-(2-Methyl-3(1,3,3,3,-Tetramethyl-l-(Trimethylsilyl)Oxy)-Disiloxany)Propyl) (Dromerizole Trisiloxane | 15 % | | |

17 | Benzoic acid, 4,4-((6-(((1,1-dimethylethyl)amino)carbonyl)phenyl)amino)1,3,5-triazine-2,4-diyl)diimino)bis-bis(2-ethylhexyl)ester) | 10 % | | |

18 | 3-(4'-Methylbenzylidene)-d-l camphor (4-Methylbenzylidene Camphor) | 4 % | | |

19 | 3-Benzylidene camphor (3-Benzylidene Camphor) | 2 % | | |

20 | 2-Ethylhexyl salicylate (Octyl-salicylate) | 5 %" | | |

(b) It-tieni parti

In-numri tar-referenza 2, 6, 12, 25, 26 u 32 qed jitħassru.

"tat- 30.6.1998" qed jiġi ssostitwit bi "tat- 30.6.1999" għan-numri tar-referenza 5, 17 u 29.

--------------------------------------------------

Top