这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码
Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A059

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 6 - Fornituri
Sezzjoni 2 - Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn ġewwa l-Komunità
Artikolu 59

ĠU C 203, 7.6.2016, pp. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_59/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/26


Artikolu 59

Jekk l-Aġenzija ma teżerċitax id-dritt tagħha ta' għażla dwar il-produzzjoni kollha jew parti minnha li jkun għamel il-produttur, dan ta' l-aħħar:

(a)

jista' jjipproċesa l-minerali, il-materji primi jew il-materjali speċjali fissili, bil-meżżi tiegħu stess jew permezz ta' sub-kuntrattur, basta li hu joffri lill-Aġenzija il-prodott ta' proċess bħal dan; u

(b)

għandu jkun awtoriżżat b'deċiżjoni mill-Kummissjoni li jiddisponi mill-produzzjoni tiegħu disponibbli 'il barra mill-Komunità, basta li hu joffri dawn b'kondizzjonijiet mhux iktar favorevoli minn dawk ta' l-offerti preċedenti tiegħu lill-Aġenzija. B'dana kollu, l-esportazzjoni ta' materjali speċjali fissili tista' skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 62, titwettaq biss mill-Aġenzija.

Il-Kummissjoni ma tistax tagħti l-awtorizzazzjoni li hemm referenza għaliha hawn fuq jekk il-persuna li lilha tkun sejra ssir il-konsenja ma toffrix il-garanziji kollha possibli li l-interessi ġenerali tal-Komunità jkunu rrispettati, jew li t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti kkonċernati ma jkunux kontra l-iskopijiet ta' dan it-Trattat.


Top