This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E253
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 1 - THE INSTITUTIONS#SECTION 5 - THE COURT OF JUSTICE OF THE EUROPEAN UNION#Article 253 (ex Article 223 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5 - IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 253 (ex Artikolu 223 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5 - IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 253 (ex Artikolu 223 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 158–158
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/158 |
Artikolu 253
(ex Artikolu 223 TKE)
L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu magħżula minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa sabiex fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet ġudizzjarji, jew li huma ġurikonsulti ta’ kompetenza magħrufa, jiġu maħturin bi qbil komuni għal sitt snin mill-gvernijiet ta l-Istati Membri, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 255.
Kull tliet snin jiġi magħmul tibdil parzjali ta’ l-Imħallfin u ta’ l-Avukati Ġenerali, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Imħallfin jaħtru minn fosthom il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għal tliet snin. Jista’ jarġa’ jinħatar.
L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali li jirtiraw jistgħu jerġgħu jinħatru.
Il-Qorti tal-Ġustizzja taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu.
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tagħha. Dawn ir-regoli jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill.