This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E271
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 1 - THE INSTITUTIONS#SECTION 5 - THE COURT OF JUSTICE OF THE EUROPEAN UNION#Article 271 (ex Article 237 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5 - IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 271 (ex Artikolu 237 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5 - IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 271 (ex Artikolu 237 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 165–165
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/165 |
Artikolu 271
(ex Artikolu 237 TKE)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha, fil-limiti indikati aktar 'il quddiem, kompetenza f’kawżi li jirrigwardaw:
a) |
it-twettiq mill-Istati Membri ta' l-obbligi tagħhom taħt l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' Investiment. F’dan ir-rigward, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank igawdi l-poteri mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 258; |
b) |
miżuri adottati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. F’dan ir-rigward, kull Stat Membru, il-Kummissjoni jew il-Bord tad-Diretturi tal-Bank jistgħu jippreżentaw rikorsi taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263; |
c) |
mizuri adottati mill-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. Ir-rikorsi kontra dawn il-miżuri jistgħu jinbdew biss minn Stati Membri jew mill-Kummissjoni, taħt il-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 263, u biss abbażi ta’ nonkonformità mal-proċedura indikata fl-Artikolu 19 (2), (5) sa (7) ta’ l-Istatut tal-Bank; |
d) |
it-twettiq minn banek ċentrali nazzjonali ta’ obligazzjonijiet taħt it-Trattati u l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE. F’dan ir-rigward il-poteri tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, fir-rigward ta’ banek ċentrali nazzjonali, ikunu l-istess bħal dawk mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ Stati Membri bl-Artikolu 258. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea ssib li bank ċentrali nazzjonali ikun naqas milli jwettaq xi obbligazzjoni taħt it-Trattati, dak il-bank ikun mitlub jieħu il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti. |