This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E166
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE XII - EDUCATION, VOCATIONAL TRAINING, YOUTH AND SPORT#Article 166 (ex Article 150 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XII - EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
Artikolu 166 (ex Artikolu 150 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XII - EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
Artikolu 166 (ex Artikolu 150 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 121–121
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/121 |
Artikolu 166
(ex Artikolu 150 TKE)
1. L-Unjoni għandha timplimenta politika ta' formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissuplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-formazzjoni vokazzjonali.
2. L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha jkollha l-mira li:
— |
tħaffef l-adattament għal bidliet industrijali, partikolarment permezz ta' formazzjoni vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid; |
— |
ittejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tħaffef l-integrazzjoni u r-re-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; |
— |
tħaffef l-aċċess għall-formazzjoni vokazzjonali u tinkoraġġixxi l-mobilità ta' l-edukaturi u ta' min ikun qiegħed jitħarreġ u partikolarment taż-żgħażagħ; |
— |
tistimula l-koperazzjoni dwar taħriġ bejn istituzzjonijiet edukattivi jew ta' taħriġ ul-impriżi; |
— |
tiżviluppa skambji ta' informazzjoni u ta' esperjenza fuq kwistjonijiet komuni fis-sistemi ta' taħriġ ta' l-Istati Membri. |
3. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.
4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jadottaw miżuri li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni ta' l-objettivi msemmija f’dan l-Artikolu, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet.