This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E046
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE IV - FREE MOVEMENT OF PERSONS, SERVICES AND CAPITAL#CHAPTER 1 - WORKERS#Article 46 (ex Article 40 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV - MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 1 - IL-ĦADDIEMA
Artikolu 46 (ex Artikolu 40 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV - MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 1 - IL-ĦADDIEMA
Artikolu 46 (ex Artikolu 40 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 66–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/66 |
Artikolu 46
(ex Artikolu 40 TKE)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom joħorġu direttivi jew jagħmlu regolamenti li jistipulaw l-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex iġibu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, kif definit fl-Artikolu 45, b’mod partikolari:
a) |
billi tiġi assigurata kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tax-xogħol, |
b) |
billi jiġu aboliti l-proċeduri u l-prattiċi amministrattivi kollha u t-termini għat-teħid ta' impjiegi disponibbli skond leġislazzjoni interna jew skond ftehim milħuqa qabel bejn Stati Membri, li jekk jibqgħu eżistenti ikunu ta' xkiel għal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, |
c) |
billi jiġu mneħħija t-termini u r-restrizzjonijiet l-oħra kollha kontemplati sew fil-leġislazzjoni interna sew taħt ftehim milħuqa qabel bejn Stati Membri, li għall-għażla ħielsa ta' mpjieg, jimponu fuq ħaddiema ta' Stati Membri oħra kondizzjonijiet differenti minn dawk imposti fuq ħaddiema nazzjonali, |
d) |
billi jinħolqu mekkaniżmi adatti sabiex iġibu flimkien l-offerti tax-xogħol u t-talbiet għax-xogħol, u sabiex dawn jiġu bilanċjati b’tali mod li jiġi evitat theddid serju għal-livell ta’ għajxien u ta' l-impjiegi fid-diversi reġjuni u industriji. |