这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码
Publications Office of the EU
About us: FAQ - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
DisplayCustomHeader
Dockbar
FAQ

Mistoqsijiet Frekwenti (FAQ)

Ikklikkja t-titli ta' hawn taħt biex issib tweġibiet għal xi mistoqsijiet frekwenti li nirċievu.

 

Jekk jogħġbok innota li kopja waħda biss ta’ pubblikazzjoni bla ħlas tista’ tiġi ordnata permezz tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE.
Jekk tixtieq tordna aktar kopji, ikkuntattja:

Dawn jistgħu jgħinuk tikseb kopji addizzjonali tal-pubblikazzjoni rikjesta.

Tista’ tniżżel fajls PDF/X ta’ kwalità għolja għall-istampar mis-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. Il-PDF/X huwa tip speċjali ta’ fajl PDF maħluq biex jiffaċilita l-iskambju ta’ grafika u speċifikazzjonijiet relatati mal-istampar. B’dawn il-fajls PDF/X, tista’ tirriproduċi kemm kopji trid tal-pubblikazzjonijiet tal-UE, fil-limiti tal-prinċipji ġenerali għall-użu mill-ġdid, waħdek jew permezz ta’ ħanut professjonali tal-istampar jew servizz speċjalizzat ta’ stampar fuq talba.

Il-pubblikazzjonijiet tal-UE li għalihom hemm fajls PDF/X huma mmarkati b’ikona blu tal-informazzjoni (i) fit-taqsima tat-tniżżil tal-paġna tal-pubblikazzjoni. Fit-taqsima tat-tniżżil issib żewġ ikoni tal-PDF: waħda regolari u oħra PDF-HD. Il-fajls PDF/X jistgħu jitniżżlu billi tikklikkja l-ikona PDF-HD.

Il-fajls PDF/X kollha għal lingwa speċifika jitniżżlu f’fajl wieħed zip. Fil-każ ta’ pubblikazzjonijiet itwal, il-fajl zip ikun fih PDF/X għall-kontenut u fajl separat għall-qoxra. Dawn il-fajls qed jiġu offruti kif inhuma u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jipprovdix servizzi ta’ stampar jew ta’ adattament għal dawn il-fajls.

 

Jekk ma sibtx it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek f’dawn il-FAQs, ikkuntattjana permezz tal-formola ta’ kuntatt.