This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E226
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 1 - THE INSTITUTIONS#SECTION 1 - THE EUROPEAN PARLIAMENT#Article 226 (ex Article 193 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 1 - IL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 226 (ex Artikolu 193 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 1 - IL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 226 (ex Artikolu 193 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 150–150
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/150 |
Artikolu 226
(ex Artikolu 193 TKE)
Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-Parlament Ewropew jista’, fuq talba ta’ kwart tal-Membri komponenti tiegħu, jistabbilixxi Kumitat ta’ Inkjesta temporanju sabiex jinvestiga, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija fit-Trattati, allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi jew ta’ amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni ħlief meta l-fatti allegati jkunu qed jiġu eżaminati minn xi Qorti u sakemm il-każ ikun għadu suġġett għall-proċeduri legali.
L-eżistenza tal-Kumitat ta' Inkjesta temporanju għandha tintemm mal-preżentazzjoni tar-rapport tiegħu.
Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara l-approvazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.