This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E048
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE IV - FREE MOVEMENT OF PERSONS, SERVICES AND CAPITAL#CHAPTER 1 - WORKERS#Article 48 (ex Article 42 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV - MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 1 - IL-ĦADDIEMA
Artikolu 48 (ex Artikolu 42 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV - MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 1 - IL-ĦADDIEMA
Artikolu 48 (ex Artikolu 42 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 67–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/67 |
Artikolu 48
(ex Artikolu 42 TKE)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom jadottaw dawk il-miżuri fil-qasam ta’ sigurtà soċjali li jkunu meħtieġa sabiex jipprovdu l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema; għal dan l-għan, għandhom jagħmlu arranġamenti sabiex jassiguraw il-ħaddiema migranti impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u d-dipendenti tagħhom :
a) |
l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċju u fil-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju, tal-perijodi kollha li hu meħud kont tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali differenti; |
b) |
il-pagament tal-benefiċċju lil persuni residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri. |
Meta membru tal-Kunsill jiddikjara li abbozz ta' att leġislattiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu jkun jaffettwa aspetti importanti tas-sistema ta' sigurtà soċjali tiegħu, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja tagħha, jew ikun jaffettwa l-ekwilibriju finanzjarju ta' dik is-sistema, huwa jista' jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura leġislattiva ordinarja għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jew:
a) |
jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill, li għandu jtemm is-sospensjoni tal-proċedura leġislattiva ordinarja, jew |
b) |
ma jieħu l-ebda azzjoni jew jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta ġdida; f'dak il-każ, l-att propost oriġinarjament għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat. |