这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4188

23.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12060 – ALPHABET / FOXCONN / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4188)

1.   

Fil-11 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hon Chi International Investments Co. (“Hon Chi”, it-Tajwan), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Hon Hai Precision Industry Co., Ltd. (“Foxconn”, it-Tajwan),

Intrinsic Innovation LLC (“Intrinsic”, l-Istati Uniti), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Alphabet Inc. (“Alphabet”, l-Istati Uniti),

Foxconn II Factories, LLC (“JV”, l-Istati Uniti), li bħalissa huma kkontrollati biss minn Foxconn.

Hon Chi u Intrinsic se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JV.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Hon Chi hija kumpanija azzjonarja u sussidjarja kollha kemm hi ta’ Foxconn. Foxconn hija kumpanija primarjament attiva fil-manifattura ta’ prodotti elettroniċi, b’operazzjonijiet madwar il-Kontinent Amerikan, l-Asja u l-Ewropa,

Intrinsic hija kumpanija tar-robotika tas-software u tal-IA li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-iżviluppaturi u n-negozji biex jinvolvu ruħhom fir-robotika b’mod affordabbli u produttiv. L-azzjonist aħħari tagħha Alphabet huwa attiv f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ prodotti inklużi t-teknoloġija tar-reklamar online, it-tiftix fuq l-internet, il-cloud computing, is-software, u l-hardware.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta se jkunu dawn:

JV hija impriża konġunta ġdida li se tiżviluppa, u aktar tard tikkummerċjalizza, teknoloġija u potenzjalment hardware għall-awtomatizzazzjoni intelliġenti tal-fabbriki.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12060 — ALPHABET / FOXCONN / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4188/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)