Official Journal L 063 , 06/03/1982 P. 0026 - 0026
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0129
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0239
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0239
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 1982 li taddatta għall-progress tekniku l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (82/147/KEE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata bid-Direttiva 79/661/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8 (2) tagħha, Billi skond ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, l-użu ta’ acetyl ethyl tetramethyl tetralin għandu jkun ipprojbit, minħabba l-effetti newrotossiċi li huma ta’ ħsara għas-saħħa; Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta’ prodotti kosmetiċi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 In-numru li ġej huwa b’dan miżjud mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE: "362 3’-ethyl-5’,6’,7,8’-tetrahydro-5’,6’,8’,8’-tetramethyl-2’-acetonaphthone; Syn. : 1,1,4,4-tetramethyl-6-ethyl-7-acetyl-1,2,3,4-tetrahydronaphthene (acetyl" ethyl tetramethyl tetralin, AETT). Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1982 l-aktar tard u għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bihom. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Frar 1982. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. [2] ĠU L 192, tal-31.7.1979, p. 35. --------------------------------------------------