这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/402


Artikolu 45

Il-libertà ta' moviment u ta' residenza

1.   Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt tal-libertà ta' moviment u ta' residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri.

2.   Il-libertà ta' moviment u ta' residenza tista' tingħata, skond it-Trattati, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti legalment fit-territorju ta' Stat Membru.