这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/401


Artikolu 40

Id-dritt tal-vot u dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali

Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu d-dritt li jivvota u d-dritt li joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn jirrisjedi bl-istess kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat.