7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/394 |
Artikolu 5
Il-projbizzjoni ta' l-iskjavitù u tax-xogħol forzat
1. Ħadd m'għandu jinżamm fi skjavitù jew f'servitù.
2. Ħadd m'għandu jiġi mġiegħel jagħmel xogħol forzat jew obbligatorju.
3. It-traffikar tal-bnedmin huwa pprojbit.