7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/394 |
Artikolu 3
Id-dritt għall-integrità tal-persuna
1. Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett ta' l-integrità fiżika u mentali tagħha.
2. Fl-oqsma tal-mediċina u tal-bijoloġija, dawn li ġejjin għandhom jiġu rispettati b'mod partikolari:
a) |
il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi; |
b) |
il-projbizzjoni ta' prattiċi ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni; |
ċ) |
il-projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta' gwadann finanzjarju; |
d) |
il-projbizzjoni tal-klonazzjoni riproduttiva tal-bnedmin. |