7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/33 |
Artikolu 30
(ex Artikolu 22 TUE)
1. Kull Stat Membru, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jew ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistgħu jirriferu lill-Kunsill kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-politika estera u ta' sigurtà komuni u jistgħu jippreżentaw, rispettivament, inizjattivi jew proposti lill-Kunsill.
2. F'każijiet li jirrikjedu deċiżjoni malajr, ir-Rappreżentant Għoli fuq mozzjoni proprja, jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandu jlaqqa' seduta straordinarja tal-Kunsill fi żmien tmienja u erbgħin siegħa jew, f'każ ta’ emerġenza, fi żmien inqas.