7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/16 |
Artikolu 1
(ex Artikolu 1 TUE) (1)
Permezz ta’ dan it-Trattat, Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA qegħdin jistabbilixxu bejniethom l-UNJONI EWROPEA, hawn iżjed ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni” li lilha l-Istati Membri jagħtu kompetenzi sabiex jiksbu għanijiet li għandhom komuni bejniethom.
Dan it-Trattat huwa pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli ta’ l-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin.
L-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq dan it-Trattat u fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘it-Trattati’). Dawn iż-żewġ Trattati għandu jkollhom l-istess valur legali. L-Unjoni għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea.
(1) Din ir-referenza hija biss indikattiva. Ara t-Tabella ta' Korrispondenza.