7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/41 |
Artikolu 134
1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Xjentifiku u Tekniku, bi status konsultattiv, li jkun anness mal-Kummissjoni.
Dan il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat fil-każijiet kollha previsti f'dan it-Trattat. Jista' jkun ikkonsultat fil-każijiet meta l-Kummissjoni tikkonsidra li dan ikun opportun.
2. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn tnejn u erbgħin membru, maħtura mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
Il-Membri tal-Kumitat għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom għal terminu ta' ħames snin. Dan il-mandat jista' jiġġedded. Ma jistgħux ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet mandatarji.
Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu ta' kull sena jaħtar il-President u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu stess.