7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/39 |
Artikolu 104
L-ebda persuna jew intrapriża li tikkonkludi jew li ġġedded, wara l-1 ta' Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, wara d-data ta' l-Adeżjoni, xi ftehim jew konvenzjoni ma' pajjiż terz, ma' organizzazzjoni internazzjonali jew ma' ċittadin ta' pajjiż terz, ma tista' tinvoka dak il-ftehim jew konvenzjoni biex tevita xi obbligi imposti b'dan it-Trattat.
Kull Stat Membru għandu jieħu dawk il-miżuri kollha li jħoss li jkunu meħtieġa sabiex jikkomunika lill-Kummissjoni, jekk ikun obbligat minnha, l-informazjoni li għandha x'taqsam ma' xi ftehim jew konvenzjoni konklużi wara d-dati li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, fl-ambitu ta' dan it-Trattat, minn xi persuna jew intrapriża ma' pajjiż terz, ma' organizzazzjoni nternazzjonali jew ma' ċittadin ta' pajjiż terz. Il-Kummissjoni tista' biss tobbliga li tingħta din l-informazzjoni għall-iskop li taċċerta li dak il-ftehim jew konvenzjoni ma jkunx fihom klawsoli li jimpedixxu l-applikazzjoni ta' dan it-Trattat.
Meta jsir rikors mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tiddeċiedi jekk dak il-ftehim jew konvenzjoni hux kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat.