7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/44 |
Artikolu 174
1. In-nefqa li tidher fil-budget operattiv għandha tinkludi, partikolarment:
(a) |
l-ispejjeż amministrattivi; |
(b) |
l-infiq li għandu x'jaqsam mal-kontroll ta' sigurtà u protezzjoni tas-saħħa. |
2. In-nefqa li tidher fil-budget ta' riċerka w investiment għandha tinkludi, partikolarment:
(a) |
l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni tal-programm ta' riċerka tal-Komunità; |
(b) |
kull parteċipazzjoni eventwali fil-kapital ta' l-Aġenzija u fl-ispejjż ta' investimenti tagħha; |
(ċ) |
l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' tagħmir ta' stabbilimenti tat-tagħlim; u |
(d) |
kull parteċipazjoni eventwali fl-Intrapriżi Konġunti u f'operazzjonijiet konġunti determinati. |