7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/43 |
Artikolu 172
1. (mħassar)
2. (mħassar)
3. (mħassar)
4. Is-Self għal finanzjament ta' riċerka jew investiment għandu jsir b'kuntratt fuq kondizzjonijiet stabbilitu mill-Kunsill, li jaġixxi skond id-disposizzjoni dwar dan fl-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Komunità tista' tieħu self mis-suq kapitali ta' xi Stat Membru skond id-disposizzjonijiet legali li japplikaw għal materji interni jew, meta disposizzjonijiet bħal dawn ma jkunux jeżistu fi Stat Membru, wara li jkun intlaħaq ftehim bejn dak l-Istat Membru u l-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-self propost.
Il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ma jistax ikun miċħud sakemm ma jkunx hemm biża ta' disturb serju fis-suq kapitali tiegħu.