7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/37 |
Artikolu 96
L-Istati Membri għandhom jabolixxu r-restrizzjonijiet kollha bbażati fuq ċittadinanza, li kienu saru għall-aċċess minn persuni ta' ċittadinanza ta' Stati Membri għall-impjieg ta' persuni kkwalifikati fil-qasam nukleari, salvi dawk il-limitazzjonijiet li jistgħu jiġu imposti minn neċessitajiet ta' nteress pubbliku, partikolarment fis-sigurtà pubblika u fis-saħħa pubblika.
Wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat, il-Kunsill, li jaġixxi b'vot ta' maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni li qabel tkun ħadet l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jista' joħroġ direttivi dwar il-mod ta' applikazjoni ta' dan l-Artikolu.