7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/33 |
Artikolu 82
L-ispetturi għandhom jiġu riklutati mill-Kummissjoni.
Għandhom ikollhom ir-responsabbiltà li jottjenu u jivverifikaw ir-rendikonti msemmija fl-Artikolu 79. Għandhom jagħmlu rapport dwar xi nuqqas ta' konformità lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista' toħroġ direttiva li tkun tesiġi lill-Istat Membru in kwestjoni li f'terminu preskritt jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirrimedja in-nuqqas ta' konformità hekk misjub u għandha tinforma lill-Kunsill b'dan.
Jekk l-Istat in kwestjoni ma jkunx konformi mad-direttiva tal-Kummissjoni fiż-żmien indikat, il-Kummissjoni jew xi Stat Membru nteressat jista', independentament mill-Artikoli 258 u 259 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jirreferi l-materja immedjatament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.