7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/23 |
Artikolu 49
Il-kostituzzjoni ta' Intrapriżi Konġunti għandha tirriżulta minn deċiżjoni tal-Kunsill.
Kull Intrapriża Konġunta jkollha personalità ġuridika.
Kull Intrapriża Konġunta, f'kull Stat Membru, għandha tgawdi l-aqwa estensjoni ta' kapaċità ġuridika kif igawdu persuni ġuridiċi skond il-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom; tista', partikolarment, takkwista u titrasferixxi il-proprjetà immobbli u mobbli u tista' tiehu passi legali kif ukoll jistgħu jittieħdu passi legali kontra tagħha personalment.
Salva kull disposizzjoni mod ieħor f'dan it-Trattat jew fl-Istatuti tagħhom, kull Intrapriża Konġunta għandha tkun suġġetta għar-regoli li huma applikabbli għall-impriżi industrijali jew kummerċjali; l-istatuti jistgħu jagħmlu referenza sussidjarjament għall-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri.
Il-litigazzjoni dwar Intrapriżi Konġunti għandha tkun ittrattata mill-qrati jew tribunali nazzjonali kompetenti, salvi l-poteri mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea b'dan it-Trattat.