7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/23 |
Artikolu 48
Il-Kunsill li jaġixxi permezz ta' vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddikjara applikabbli għal kull Intrapriża Konġunta il-vantaġġi kollha jew uħud minnhom li huma indikati fl-Anness III ta' dan it-Trattat; l-Istati Membri għandhom jassiguraw l-applikazzjoni ta' vantaġġi bħal dawn sal-limiti li jikkonċernaw kull Stat.
Il-Kunsill jista', skond l-istess proċedura, jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom l-għoti ta' vantaġġi bħal dawn għandu jkun irregolat.