7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/21 |
Artikolu 41
Persuni jew intrapriżi konnessi mal-friegħi ta' l-industrija indikati fl-Anness II ta' dan it-Trattat għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-proġetti ta' investiment li għandhom x'jaqsmu ma' faċilitajiet ġodda, tibdil jew konverżjoni li jikkorrispondu kwantu għal tip jew daqs mal-kriterji stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.
Il-lista tal-friegħi ta' l-industrija li hemm referenza għalihom hawn fuq tista' tkun emendata mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot ta' maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, li qabel għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.