7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/20 |
Artikolu 37
Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni informazzjoni ġenerali suffiċjenti dwar kull pjan għar-rimi u l-iskart radjoattiv biex iqiegħed lill-Kummissjoni fil-pożizzjoni li tistabbilixxi jekk l-implementazzjoni ta' dak il-pjan tkunx aktarx tinvolvi l-kontaminazzjoni radjo-attiva ta' l-ilma, tal-ħamrija jew ta' l-atmosfera ta' xi Stat Membru ieħor.
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-grupp ta' esperti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 31, għandha tagħti l-opinjoni dwar il-pjan fit-terminu ta' sitt xhur.