7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/19 |
Artikolu 34
Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinżammu esperimenti ta' natura partikolarment perikoluża għandu jieħu prekawzjonijiet addizzjonali dwar is-saħħa u fir-rigward tagħhom għandu l-ewwel jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni.
Meta dawn l-esperimenti aktarx li jaffettwaw it-territorji ta' Stati Membri oħra, ikun meħtieġ il-kunsens tal-Kummissjoni.