7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/19 |
Artikolu 33
Kull Stat Membru għandu jdaħħal id-disposizzjonijiet leġislattivi u amministrattivi meħtieġa biex jassiguraw konformità man-normi bażiċi kif stabbiliti u għandu jieħu l-miżuri meħtiega f'dak li għandu x'jaqsam mat-tagħlim, l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet biex tassigura li jkunu armonizzati id-disposizzjonijiet applikabbli f'dan ir-rigward fl-Istati Membri.
Għal dan l-iskop l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawk id-disposizzjonijiet kollha applikabbli mad-dħul fl-effett ta' dan it-Trattat u ta' abbozzi sussegwenti ta' disposizzjonijiet ta' l-istess natura.
Kull rakkomandazjoni mill-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' abbozzi ta' disposizzjonijiet għandha ssir fit-terminu ta' tlett xhur mid-data tal-komunikazzjoni.