这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/18


Artikolu 30

Għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità normi bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.

Il-frażi “normi bażiċi” għandha tfisser:

(a)

id-dożi massimi kompatibbli ma' sigurtà adekwata;

(b)

il-grad massimu permissibli ta' l-esposizzjoni u kontaminazjoni; u

(ċ)

il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-superviżjoni medika tal-ħaddiema.