7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/15 |
Artikolu 24
Informazzjoni akkwistata mill-Komunità permezz ta' l-implementazzjoni tal-programm tagħha ta' riċerka u li jekk żvelata tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tad-difiża f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri għandha tkun ittratata bħala nformazzjoni kklassifikata skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
1. |
Ir-Regolamenti tas-sigurtà adottati mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, jistabbilixxu il-gradi diversi ta' sigurtà applikabbli u l-miżuri ta' sigurtà li għandhom jiġu rigward kull grad. |
2. |
Il-Kummissjoni għandha proviżorjament tapplika l-gradazzjoni meħtieġa bir-regolamenti tas-sigurtà għal kull rivelazzjoni ta' nformazzjoni li hi tħoss li jistgħu jkunu ta' ħsara fl-interess tad-difiża ta' xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri. Hija għandha immedjatament tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istat Membru li għandu proviżorjament jassigura s-segretezza tagħha skond l-istess kondizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom, f'terminu ta' tlett xhur jinformaw lill-Kummissjoni jekk huma jkunux jixtiequ li jżommu l-gradazzjoni proviżorjament applikata, jew li jissostitwixxu gradazzjoni oħra jew li jiddeklassifikaw din l-informazzjoni. Fl-aħħar ta' dan il-perijodu jiġu applikati il-gradazzjonijiet l-iktar stretti. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan. Fuq talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot unanimu, jista' fi kwalunkwe żmien japplika gradi differenti jew ineħħi l-klassifika ta' l-informazzjoni. Il-Kunsill għandu, qabel ma jieħu deċiżjoni fuq talba ta' Stat Membru, jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni. |
3. |
Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 12 u 13 m'għandhomx japplikaw għall-informazzjoni kklassifikata. Suġġett, b'dana kollu, għall-osservanza tal-miżuri ta' sigurtà applikabbli:
|