7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/15 |
Artikolu 23
Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' l-Arbitraġġ jew ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu suġġetti għar-reviżjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet għal-liċenza wara li jiskadi t-terminu ta' sena waħda u meta fatti ġodda jkunu jiġġustifikaw dik ir-reviżjoni.
Ir-reviżjoni għandha tkun fir-responsabbiltà ta' l-aġenzija li tkun ħadet id-deċiżjoni.