7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/8 |
Artikolu 8
1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku, twaqqaf Ċentru Konġunt għar-Riċerka Nukleari.
Iċ-Ċentru għandu jassigura l-implementazzjoni tal-programmi ta' riċerka u doveri oħra mogħtija lilu mill-Kummissjoni.
Iċ-Ċentru għandu wkoll jassigura li tiġi stabbilita terminoloġija nukleari uniformi u sistema unika ta' normi għall-kejl.
Iċ-Ċentru għandu jorganizza bureau ċentrali ta' kejl nukleari.
2. Ix-xogħol taċ-Ċentru jista', għal raġunijiet ġeografiċi jew operattivi, jitwettaq fi stabbilimenti separati.