这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/32


Artikolu 79

Il-Kummissjoni għandha teżiġi li jinżammu u jintwerew reġistri ta' l-operat biex jista' ikun hemm rendikont għall-minerali, materji primi u materjali speċjali fissili użati jew prodotti. L-istess għandu jkun japplika għat-trasport ta' materja prima u materjali speċjali fissili.

Dawk li jkunu suġġetti għall-kontroll għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri kkonċernati bil-komunikazzjonijiet li huma jagħmlu lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 78 u ta' l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.

In-natura u l-iskop ta' l-obbligi li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu definiti b'regolamenti mħejjija mill-Kummissjoni u approvati mill-Kunsill.