这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/29


Artikolu 70

Il-Kummissjoni tista', fil-limiti stabbiliti fl-estimi tal-Komunità, tipparteċipa finanzjarjament, bil-kondizzjonijiet iffissati minnha, f'xi attivitajiet ta' prospezzjoni fit-territorji ta' l-Istati Membri.

Il-Kummissjoni tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri bl-iskop li tiżviluppa l-prospezzjoni għal u l-isfruttament ta' depositi minerali.

Stati Membri għandhom jissottomettu kull sena lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp ta' prospezzjoni u produzzjoni, dwar riservi probabbli u dwar investiment fil-minieri attwali jew proposti fit-territorji tagħhom. Rapporti bħal dawn għandhom ikunu sottomessi lill-Kunsill flimkien ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni, li għandha partikolarment tikkonċerna l-azzjoni meħudha minn Stati Membri fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula lilhom skond il-paragrafu preċedenti.

Meta, fuq referenza lilu mill-Kummissjoni, il-Kunsill permezz ta' vot b'maġġoranza kkwalifikata isib li, minkejja li l-possibilitajiet ta' estrazzjoni jkunu jidhru bħala ekonomikament ġustifikabbli fuq bażi fit-tul, il-miżuri meħudha għall-prospezzjoni u ż-żieda fl-isfruttament ta' depositi minerali jibqgħu ikunu sostalzjalment inadekwati, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sa kemm ma jkunx ikkorreġa dan l-istat ta' fatt, jkun meqjus li irrinunzja, kemm għalih innifsu u wkoll għaċ-ċittadini tiegħu, għad-dritt ta' l-aċċess ugwali għar-riżorsi oħra bħal dawn fil-Komunità.