这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/29


Artikolu 68

Il-manipulazzjonijiet kollha tal-prezzijiet maħsuba biex jassiguraw posizzjoni priviliġġata għall-uħud mill- utenti, li jkunu kuntrarji għall-prinċipju ta' l-aċċess ugwali kif previst b'dan il-Kapitolu, għandhom ikunu pprojbiti.

Jekk l-Aġenzija ssib li xi prattiċi bħal dawn ikunu jeżistu, hi għandha tagħmel rapport dwarhom lill-Kummissjoni.

Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-konstatazzjoni ta' l-Aġenzija tkun ġusta, tista', fil-każ ta' offerti kontestati, traġġa' lura l-prezzijiet lejn livell kompatibbli mal-prinċipju ta' l-aċċess ugwali.