7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/28 |
Artikolu 66
Meta l-Kummissjoni ssib, fuq applikazjoni mingħand l-utenti, li l-Aġenzija ma tkunx tista', f'terminu raġjonevoli, tissodisfa parti jew l-ordni kollha għall-fornimenti jew li tkun tista' biss twettaqha bi prezz eċċessiv, l-utenti ikollhom id-dritt li jikkonkludu kuntratti direttament għall-fornimenti li jkunu ġejjin minn barra mill-Komunità, basta li kuntratti bħal dawn ikunu sostanzjalment jaqblu mal-ħtiġijiet tagħhom kif speċifikati fl-ordni tagħhom.
Dritt bħal dan għandu jkun mogħti għal terminu ta' sena u jkun jista' jiġi mġedded meta s-sitwazzjoni li oriġinalment tkun iġġustifikat l-għoti ta' dritt bħal dan tibqa teżisti.
L-utenti li japprofittaw irwieħom mid-dritt previst f'dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kuntratti diretti proposti. Il-Kummissjoni tista', f'terminu ta' xahar, topponi għall-konklużjoni ta' kuntratti bħal dawn jekk dawn ikunu kontra l-iskopijiet ta' dan it-Trattat.