7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/28 |
Artikolu 65
Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 60 japplikaw għat-talbiet minn utenti li jidħlu f'kuntratti bejn utenti u l-Aġenzija rigward il-fornimenti ta' minerali, materji primi u materjali speċjali fissili li jkunu ġejjin minn barra mill-Komunità.
B'dana kollu, l-Aġenzija tista tiddeċiedi dwar l-oriġini ġeografiku tal-forniment basta li meta tagħmel hekk tassigura għall-utenti, kondizzjonijiet li jkunu mill-anqas daqstant favorevoli daqs dawk indikati fl-ordni ta' l-utent.