7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/28 |
Artikolu 64
Meta l-Aġenzija taġixxi fil-qafas ta' xi ftehim li jseħħ bejn il-Komunità u pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għandha, salvi l-eċċezzjonijiet li hemm previsti f'dan it-Trattat, ikollha dritt esklusiv li tikkonkludi ftehim jew konvenzjoni li jkollhom bħala l-objettiv prinċipali il-forniment ta' minerali, materji primii jew materjali speċjali fissili li jkun ġejjin minn barra l-Komunità.