这是indexloc提供的服务,不要输入任何密码

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/25


Artikolu 54

L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika w awtonomija finanzjarja.

Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi l-Istatut ta' l-Aġenzija.

Dan l-Istatut għandu jkun rivedut skond l-istess proċedura.

L-Istatut għandu jiffissa l-kapital ta' l-Aġenzija u l-kondizzjonijiet tas-sottoskrizzjoni. Il-maġġoranza tal-ishma għandha fi kwalunkwe każ tkun tal-Komunità u ta' l-Istati Membri. L-allokazzjoni ta' l-ishma għandha tkun stabbilita bi ftehim bejn l-Istati Membri.

L-Istatut għandu jiffissa il-partikolaritajiet ta' l-amministrazjoni kommerċjali ta' l-Aġenzija. L-Istatut jista' jipprovdi għall-pagament ta' taxxa fuq transazzjonijiet maħsubha biex tkopri l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' l-Aġenzija.