7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/180 |
Artikolu 308
(ex Artikolu 266 TKE)
Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu personalità ġuridika.
Il-membri tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment huma l-Istati Membri.
L-Istatut tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment huwa stabbilit fi Prokoll anness mat-Trattati. Il-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità skond il-proċedura leġislattiva speċjali, fuq talba tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, jista’ jemenda l-Istatut tal-Bank.