7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/155 |
Artikolu 244
Skond l-Artikolu 17(5), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu skond sistema ta' rotazzjoni stabbilita b'mod unanimu mill-Kunsill Ewropew abbażi tal-prinċipji li ġejjin:
a) |
l-Istati Membri għandhom jiġu trattati b'ugwaljanza stretta fir-rigward tad-determinazzjoni tas-sekwenza, u taż-żmien fil-kariga, taċ-ċittadini tagħhom bħala membri tal-Kummissjoni; għaldaqstant, id-differenza bejn l-għadd totali ta' mandati ta' ċittadini ta' kwalunkwe żewġ Stati Membri partikolari qatt ma tista' tkun ta' aktar minn wieħed; |
b) |
mingħajr preġudizzju għall-punt (a), kull Kummissjoni suċċessiva għandha tkun komposta b'tali mod li tirrifletti b'mod sodisfaċenti l-firxa demografika u ġeografika ta' l-Istati Membri kollha. |