7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/129 |
Artikolu 182
(ex Artikolu 166 TKE)
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw programm qafas pluriennali, li fih jitqiegħdu l-attivitajiet kollha ta' l-Unjoni.
Il-programm qafas għandu:
— |
jistabbilixxi l-għanijiet xjentifiċi u teknologiċi li jridu jinkisbu permezz ta’ l-attivitajiet li hemm previsti fl-Artikolu 180 u jiddetermina l-prioritajiet rilevanti; |
— |
jindika l-linji ġenerali ta’ dawk l-attivitajiet; |
— |
jistabbilixxi l-ammont massimu totali u r-regoli dettaljati applikabbli għall-parteċipazzjoni finanzjarja ta' l-Unjoni fil-programm qafas, kif ukoll id-diversi ishma f’kull attività prevista. |
2. Il-programm qafas għandu jiġi adattat jew supplimentat skond kif tinbidel is-sitwazzjoni.
3. Il-programm qafas għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi żviluppati f’kull attività. Kull programm speċifiku għandu jiddefinixxi r-regoli dettaljati sabiex dan jiġi implimentat, sabiex jiġi stabbilit kemm idum, kif ukoll sabiex jiġu provduti il-mezzi li jitqiesu meħtieġa. It-total ta’ l-ammonti li jitqiesu meħtieġa, stabbiliti fil-programmi speċifiċi, ma jistax jeċċedi l-ammont massimu totali stabbilit għall- programm qafas u għal kull attività.
4. Il-Kunsill li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, għandu jadotta l-programmi speċifiċi.
5. B'mod komplementari għall-attivitajiet imfassla fil-programm qafas pluriennali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' żona ta' riċerka Ewropea.