7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/110 |
Artikolu 141
(ex Artikolu 123(3), 117(2), l-ewwel ħames inċiżi, TKE)
1. Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 129(1), il-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew riferit fl-Artikolu 44 ta' l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE għandu jiġi stabbilit bħala t-tielet korp deċiżjonali tal-Bank Ċentrali Ewropew.
2. Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri:
— |
jsaħħaħ l-koperazzjoni bejn il-banek ċentrali nazzjonali; |
— |
jsaħħaħ l-koordinazzjoni tal-politika monetarja ta' l-Istati Membri, bl-għan li jiżgura stabbiltà fil-prezzijiet. |
— |
jissorvelja l-funzjonament ta' mekkaniżmu tar-rata tal-kambju; |
— |
jagħmel konsultazzjonijiet dwar dawk l-affarjiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-banek ċentrali nazzjonali u li jolqtu l-istabbiltà ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq; |
— |
iwettaq il-kompiti li kellu qabel il-Fond Ewropew ta' Koperazzjoni Monetarja, li kienu ttieħdu mill-Istitut Monetarju Ewropew. |