7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/90 |
Artikolu 105
(ex Artikolu 85 TKE)
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 104, il-Kummissjoni għandha, tissorvelja l-applikazzjoni tal-prinċipji li hemm fl-Artikoli 101 u 102. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, hija għandha tinvestiga, flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jipprestaw l-assistenza tagħhom, kull ksur suspettat tal-prinċipji msemmija hawn fuq. Jekk isib li dak il-ksur ikun ġara, hija għandha tipproponi mezzi xierqa sabiex twaqqfu.
2. Jekk dak il-ksur ikompli, il-Kummissjoni għandha toħroġ deċiżjoni motivata li tirreġistra l-ksur tal-prinċipji. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika d-deċiżjoni tagħha u tista’ tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedjaw is-sitwazzjoni skond il-kondizzjonijiet u fil-modalitajiet li jiġu preskritti mill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti dwar il-kategoriji ta' ftehim li fir-rigward tagħhom il-Kunsill ikun adotta regolament jew direttiva skond l-Artikolu 103(2)(b).