7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/62 |
Artikolu 38
(ex Artikolu 32 TKE)
1. L-Unjoni għandha tiddefinixxi u timplimenta politika komuni ta' l-agrikoltura u s-sajd.
Is-suq intern jikkomprendi l-agrikoltura u l-kummerċ fi prodotti agrikoli u tas-sajd. 'Prodotti agrikoli' għandhom ifissru l-prodotti ta' l-art, tat-trobbija ta' l-annimali u tas-sajd kif ukoll ta' l-ewwel proċessar konness direttament ma’ dawn il-prodotti. Ir-referenzi għall-politika agrikola komuni jew għall-agrikoltura u l-użu tat-terminu ‘agrikola’, għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu wkoll għas-sajd, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur.
2. Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 39 sa 44, ir-regoli li hemm għall-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern japplikaw għal prodotti agrikoli.
3. Il-Prodotti suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 39 sa 44 huma elenkati fl-Anness I.
4. Il-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq intern għall-prodotti agrikoli għandhom jiġu akkompanjati mill-istabbiliment ta’ politika agrikola komuni.