7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/68 |
Artikolu 51
(ex Artikolu 45 TKE)
Attivitajiet li fi kwalunkwe Stat, jaqgħu, anke inċidentalment, fl-ambitu ta’ l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika, jiġu eżentati mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’dan il-Kapitolu sa fejn jirrigwarda dak l-Istat.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jeżentaw xi attivitajiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’dan il-Kapitolu.